8 ta Mejju

rosary Wahda mill-isbah devozzjonijiet li ghandna f’pajjizna u li tigbed hafna nies fil-festa taghha hija l-Festa tal-Madonna ta’ Pompei nhar it-8 ta’ Mejju. Wiehed jistaqsi: «Minn fejn beda kollox?»

Pompei kien rahal li kellu memorji sbieh tal-passat ghax fl-ewwel snin tal-Insara, Pompei kienet belt kbira u importanti minhabba l-port taghha. Izda l-gmiel u l-kobor tal-belt ta’ Pompei inqered ghal kollox meta zbroffa l-Vulkan Vesuvju fit-28 t’Awwissu 79 A.D.

Il-Madonna riedet taghti hajja gdida lil din il-belt billi taghmilha centru ta’ talb Marjan. Il-Madonna kellha tinqeda b’avukat marradi, Bartolo Longo, li fiz-zghozija tieghu kien bniedem anti-klerikali. Bil-gherf tieghu, hu ried igib fix-xejn u jeqred lill-Knisja. Longo kien sacerdot ta’ setta satanika. Izda l-providenza Divina laqqghetu ma’ Vincenzo Pepe li fid-29 ta’ Mejju 1865 wassal lil Longo jmur iqerr ghand Patri Alberto Radente. Dan il-patri kellu mhabba kbira lejn il-Madonna u kien ifittex li jxandar ir-ruzarju. Hu ghin lil Bartolo Longo biex jichad lis-setta u jikkonverti.

Fit-23 ta’ Gunju 1865, festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù, Bartolo Longo rcieva l-ewwel Ewkaristija wara l-konverzjoni tieghu. Nhar is-7 t’Ottubru 1871 sar Terzjarju Dumnikan taht l-isem ta’ Fra Rosario. Fl-istess waqt beda jattendi l-laqghat ta’ formazzjoni organizzati minn Katerina Volpicelli, illum qaddisa.

Fl-1872, taht il-gwida ta’ Santa Katerina Volpicelli, Longo mar f’Pompei jamministra l-propjetà tal-Kontessa Marianna Farnararo de Fusco. Hemm sab jistennih faqar kbir u nuqqas ta’ taghlim. Is-sharijiet kienu kkunsidrati bhala l-unici mezzi ta’ fejqan tal-gisem u tar-ruh. Kien hemm telqa kbira u bahh. Longo twerwer! Darba minnhom, fil-hin tad-daqq tal-qniepen ta’ nofsinhar, Longo sema’ sejha minghand il-Vergni Mbierka: «Jekk inti qed tfittex is-salvazzjoni, xerred ir-Ruzarju!» Longo kien pront u wiegeb: «Vergni Mbierka, int wieghedt lil San Duminku li min ixerred ir-Ruzarju se jsalva. Jien mhux ha nitlaq minn Pompei qabel ma nkun xerridt ir-Ruzarju tieghek!» Minnufih Longo beda bil-hidma. F’ghaxart ijiem, bl-ghajnuna ta’ xi rahhala, irranga l-kappella tas-Salvatur li kien hemm mitluqa u ccelebra l-festa tal-Madonna tar-Ruzarju. Qassam hafna kuruni tar-Ruzarju u beda jxerred id-devozzjoni lejn il-Vergni Mbierka skont il-weghda li kien ghamel. Longo beda wkoll jghallem u jippriedka lir-rahhala ta’ Pompei.

Longo xtaq li jkollu pittura tal-Vergni Mbierka. Mar Napli u xtara xbieha tal-Madonna. Ta x-xbieha lill-bidwi Angelo Tortora u dan garrielu lejn Pompei fuq karrettun taz-zibel. Longo qal: «Dan huwa sinjal li l-Madonna thobb l-umiltà!» Ix-xbieha tal-Madonna waslet f’Pompei nhar it-13 ta’ Novembru 1875.

Fuq parir tal-Isqof Giuseppe Formisano, Longo beda jibni knisja gdida ddedikata lill-Vergni Mbierka tar-Ruzarju Mqaddes. L-ewwel gebla giet imqieghda nhar it-8 ta’ Mejju 1876. Dakinhar l-Isqof Formisano tenna li «Marija hi tassew l-awtur tat-tempju li jrid jitla’ fuq dan il-post!»

Marianna Farnararo de Fusco imbaghad marret ghand Bartolo Longo gewwa Pompei u bdiet tghinu finanzjarjament fil-bini tal-knisja gdida. Il-Madonna ta’ Pompei – kif issa kienet qed tigi msejha – bdiet ixxerred l-ewwel grazzji taghha. Fost dawn kien hemm il-fejqan mill-epillepsija tat-tifla Clorinda Lucarelli u l-fejqan ta’ omm Bartolo Longo. B’ringrazzjament ghal dawn il-grazzji, diversi persuni taw ghotjiet generuzi ghall-bini tal-knisja.

Fl-1877 Bartolo Longo kiteb u xerred id-devozzjoni tal-hmistax-il Sibt f’gieh il-Madonna ta’ Pompei. Fl-1879 Longo marad sew u haseb li kien se jmut. Ghalhekk kiteb novena f’gieh il-Madonna ta’ Pompei u b’mod mirakoluz, meta temm jikteb din in-novena, Longo fieq.

Longo kiteb ukoll supplika lill-Madonna ta’ Pompei biex isahhah it-taghlim tal-Papa Ljun XIII fl-enciklika Supremi Apostolatus Officio. Din l-enciklika kienet titkellem dwar id-devozzjoni tar-Ruzarju Mqaddes. Nhar l-14 t’Ottubru 1883 imbaghad, madwar 20,000 pellegrin ingabru f’Pompei ghar-recita tal-ewwel Supplika. Dik is-sena wkoll, tbierku l-ewwel zewg qniepen tal-knisja l-gdida li gew imsemmija Maria Rosaria u Caterina da Siena.

Fis-7 ta’ Marzu 1884, Longo ppubblika l-ewwel fuljett Il Rosario e la Nuova Pompei bl-approvazzjoni tal-istess Papa Ljun XIII. Sadattant Longo kompla x-xoghol socjali tieghu u fetah skejjel ghat-tfal zghar u ankè djar ghall-haddiema li kienu qed jibnu s-Santwarju. Pompei beda jiehu forma gdida bil-bini ta’ toroq u pjazez godda. Twasslu is-servizzi tal-elettriku, il-posta u stazzjon tal-ferrovija.

Ix-xoghol fuq is-Santwarju l-gdid kompla u fis-7 ta’ Mejju 1887 il-Kardinal Monaco la Valletta kkonsagra l-artal maestuz tas-Santwarju. L-ghada, jigifieri fit-8 ta’ Mejju 1887, ix-xbieha tal-Madonna kienet inkurunata b’dijademi tad-djamanti u z-zaffiri li kienu imbierka mill-Papa stess. Fis-sena 1891, Bartolo Longo fetah dar ghat-tfal tal-prigunieri.

Fl-1893, kienet is-Sena tal-Gublew ghall-Papa Ljun XIII, u l-Papa rcieva diversi rigali. Min-naha tieghu, Bartolo Longo u Marianna de Fusco offrew il-projetà kollha ta’ Pompei lill-Papa u dan accetta bil-ferh, bil-kundizzjoni li Longo u Marianna jkomplu bl-inkarigu tal-amministrazzjoni.

Minhabba li x-xoghol fl-orfanatrofji kiber, Longo talab l-ghajnuna u ghalhekk gew jghinuh xi sorijiet Dumnikani. Eventwalment, Longo waqqaf il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Dumnikani tar-Ruzarju ta’ Pompei nhar il-25 t’Awwissu 1897. Dawn is-Sorijiet mill-ewwel middew idejhom ghax-xoghol, min jghallem, min jghin fil-karità u min jiehu hsieb l-artal u l-armar tieghu.

Nhar il-5 ta’ Mejju 1901, il-faccata tas-Santwarju kienet inawgurata wara seba’ snin ta’ xoghol. Din il-faccata nbniet mid-donazzjonijiet li gew minn madwar id-dinja kollha u hija ddedikata lill-Paci Universali.

Aktar tard maz-zmien, Longo irrinunzja x-xoghol kollu ta’ Pompei lill-Papa Piju X bhala «sinjal ta’ ubbidjenza li hi t-triq li ssalva lir-ruh tal-bniedem.» Intant, fl-1907 waslu f’Pompei l-Ahwa Kristjani ta’ San Gwann Battista de la Salle li hadu l-inkarigu tal-iskejjel u l-formazzjoni tat-tfal subien li jkollhom diffikultà fil-hajja taghhom.

Fi Frar tal-1924 mietet Marianna de Fusco. Bartolo Longo beka imma rringrazzjaha ghax kienet hi li heggitu sabiex jiffrorixxi dan ix-xoghol kollu gewwa Pompei. Fl-24 ta’ Mejju 1925 tas-sena ta’ wara, tlesta l-bini tal-kampnar il-kbir tas-Santwarju. F’kollox il-kampnar dam jinbena tnax-il sena.

Sahhet Longo bdiet sejra lura u t-tabib Moscati ma tantx kien kuntent. Longo qal lit-tabib li l-mewt ma kinitx ta’ biza’ ghalih, anzi, hu kien qed jistenna li jasal il-jum biex jara lil din l-Omm! Bartolo Longo miet nhar il-5 t’Ottubru 1926. Il-fdalijiet tieghu jinsabu meqjuma fil-kappella ta’ taht is-Santwarju. Hu kien dikjarat Beatu mill-Papa Gwanni Pawlu II fis-26 t’Ottubru 1980.

Ix-xogholijiet ta’ Bartolo Longo baqghu ankè wara mewtu. Sahansitra fl-1948 infetah ukoll seminarju gewwa Pompei. Kemm il-Papa Gwanni Pawlu II u ankè l-Papa Benedittu XVI zaru dan is-Santwarju ghaziz,Pellegrinagg 8 ta mejjuu quddiem ix-xbieha tal-Vergni Marija ta’ Pompei, talbu u nkoraggew it-talba tar-Ruzarju fost l-Insara.

Ix-xoghol u d-devozzjoni li beda Bartolo Longo waslu ukoll fi gziritna. Il-Markiza Apap Testaferrata, wara li salvat minn gharqa, riedet tirringrazzja lill-Madonna ta’ Pompei u ghenet biex inbniet knisja ddedikata lill-Madonna ta’ Pompei f’Marsaxlokk. Ix-Xlukkajri ferhu ghal din l-ahbar u ghenu huma wkoll kif setghu sabiex inbniet din il-knisja. Din il-knisja kellha tigi mkabbra matul iz-zminijiet u ssawret fil-knisja li naraw illum, li kienet ikkonsagrata nhar is-17 ta’ Settembru 1966.

Marsaxlokk sar Parrocca ddedikata lill-Madonna ta’ Pompei nhar il-11 ta’ Jannar 1897 b’digriet tal-Isqof Pietru Pace. Il-pellegrinagg li jsir ta’ kull sena nbena fi zmien il-kappillan Dun Lawrenz Mifsud fl-1963. Dakinhar kienu attendew folol kbar ghal dan il-pellegrinagg. Jalla nkunu ahna li nkomplu nxerrdu din id-devozzjoni ghall-glorja ta’ Alla u Ommu Marija.

Ħin tal-Quddies


Ġranet Ferjali:
6.30am, 7.45am, 6pm
(6.30pm fis-sajf)

Is-Sibt: 5.30pm u 7pm
(Lulju sa Settembru; 6pm u 7.30pm)

Il-Ħadd: 6.30am, 8am, 9.30am, 11am, 6pm