Storja tal-Parroċċa

Knisja fl-antik Il-parroċċa ta’ Marsaxlokk taf il-bidu tagħha, meta nurmu ta’ sajjieda bdew jibnu d-djar tagħhom max-xatt biex jnaqqsu xi ftit l-iskariċċ li jivjaġġaw mid-dar (normalment miż-Żejtun) sax-Xatt. B’hekk lejn l-aħħar tas-seklu 19 in-numru tant kiber li beda jinħass il-bżonn li dawn ir-residenti jkollhom x’mkien fejn jaqdu d-dmirijiet spiritwali tagħhom. Sa dak iż-żmien huma kellhom jirrikorru għall-parroċċa taż-Żejtun. Kien fl-1890 meta bdiet tinbena il-Knisja Parrokkjali fuq wegħda tal-Markiża Rosalia Apap Viani Testaferrata, li tibni Knisja lill-Madonna ta’ Pompei, wara li salvat mit-tempesta. Kien fl-1897 li Marsaxlokk sar parroċċa b’l-ewwel kappillan jkun Dun Salv Delia. Minn dakinhar sal lum il-parroċċa ta’ Marsaxlokk kellha 14-il kappillan. Fl-1900 ngbiet l-istatwa titular li tirraprezzenta lil Madonna u l-Bambin jagħtu l-kuruna tar-rużarju lil San Duminku u lil Santa Katarina ta’ Siena. Din l-istatwa nħadmet fl-Lecce l-Italja taħt id-direzzjoni ta’ Guzeppe Malicore. Maż-żmien din il-Knisja tkabbret u zzejjenet b’ħafna opri sbieħ, fostna nurmu ta’ kwadri ta’ Gużeppi Cali. Illum l-parroċċa taqbeż it-3000 abitant. Fl-1997 il-parroċċa iċċelebrat bi kbir l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tagħha. 


Matul is-sena jiġi ċelebrati bosta festi fosthom dawk marbutin mal-Madonna ta’ Pompei. Nhar it-8 ta’ Mejju, festa liturgika tal-Madonna ta’ Pomepi, bosta pellegrini jiġu u jżuru lil Madonna. Dakinahr filgħaxija jsir pellegrinagg tul Xatt is-Sajjieda u quddiesa fil-pjazza. Dan il-pellegrinagg nazzjonali kien mbeda mill-Kappillan Dun Lawrenz Mifsud fl-1963. Aktar tard matul is-sena Marsaxlokk jilbes il-libsa tal-festa titulari, biex jiċċelebra kif jixraq l-mħabba ta’ l-ommna tagħna Marija. Il-Festa ta’ Marsaxlokk tiġi ċelebrata jew fl-aħħar Ħadd ta’ Lulju jew fl-Ħadd ta’ Awwissu. Fl-ewwel Ħadd ta’ Ottubru, għal darba oħra nerġgħu ngabru madwar Ommna Marija biex niċċelebraw il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju.

It-Titlu Madonna ta’ Pompei, jirreferi għal Belt ta’ Pompei fl-Italja fejn mis-satwarju dedikat lil Madonna tar-Rużarju xterdet u tinxtered id-devozzjoni lejn it-talba tar-rużarju. Kien il-Beatu Bartolo Longo, li wara li jkkonverta sab ruħu f’din il-Belt pagana, huwa xtaq li jressaq lin-nies lejn Alla u għażel t-talba tar-rużarju biex jkun jista’ jagħmel dan. Mar Napli biex jsib kwadru tal-Madonna u sab wieħed f’katina ta’ kunvent tas-sorijiet, ħadu u wara li rrestawrah beda jigbor lin-nies madwaru biex jitolbu. Fl-1880 beda jibni santwarju kbir lill-Madonna tar-Rużarju, fejn dan il-kwadru mirakoluż tpoġġa għall-qima ta’ l-insara. Illum nurmu kbir ta’ pellegrini jżur dan is-santwarju kull sena l-aktar nhar it-8 ta’ Mejju u nhar it-30 ta’ Novembru meta jitfakkar il-jum tal-wasla tal-kwadru f’Pompei.

Ħin tal-Quddies


Ġranet Ferjali:
6.30am, 7.45am, 6pm
(6.30pm fis-sajf)

Is-Sibt: 5.30pm u 7pm
(Lulju sa Settembru; 6pm u 7.30pm)

Il-Ħadd: 6.30am, 8am, 9.30am, 11am, 6pm